mt.ofm.fontifrangiskani Android

mt.ofm.fontifrangiskani

Kitbiet u biografiji ta’ San Franġisk t’Assisi, Santa Klara u Sant’Antnin

Overview

Features & Capabilities

Din l-app tiġbor il-kitbiet u l-biografiji l-iktar antiki dwar il-ħajjiet ta’ San Franġisk t’Assisi, Santa Klara t’Assisi u Sant’Antnin ta’ Padova.

Il-Fonti għall-Ħajja ta’ San Franġisk ta’ Assisi (Fontes) huma l-ġabra ta’ kitbiet ta’ San Franġisk flimkien ma’ dokumenti dwar San Franġisk u l-bidu tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri li nkitbu bejn l-1226 u l-1399. Huma xhieda awtentiċi tal-istorja tal-Knisja u tal-Ewropa medjevali, li fihom twieldet il-familja kbira Franġiskana.

Il-Fonti għall-Ħajja ta’ Santa Klara ta’ Assisi huma dokumenti ta’ storja dwar Santa Klara u l-bidu tal-Ordni tas-Sorijiet Foqra ta’ San Damjan, li nkitbu bejn l-1212-1263. Huma xhieda tal-karatteristika partikulari femminili tal-ħajja Franġiskana.

Il-Fonti għall-Ħajja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova (1195-1231) huma dokumenti medjevali miktubin minn patrijiet li kienu jafuh jew minn dixxipli tagħhom, u nkitbu bejn l-1232 u t-tmiem tas-seklu 14. Huma xhieda tal-għerf kbir tad-Duttur Evanġeliku Sant’Antnin, ippreżentat bħala predikatur u tawmaturgu. Fuq kollox, huma dokumenti ta’ valur kbir rigward il-kult li ingħata lill-qaddis mill-poplu sempliċi sa mill-ewwel mumenti.

Il-Fontes miġjuba f’din l-app huma traduzzjoni fil-Malti tat-testi oriġinali bil-Latin, frott ħidma intensa fuq medda ta’ għoxrin sena minn p. Noel Muscat OFM, p. Marjanu Vella OFM, p. Ġużepp Beneditt Xuereb OFM u Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC.

Din l-opra diġitali hi mżejna b’introduzzjonijiet u apparat kritiku, indiċijiet u tfittxija, bil-għan li tkun strument ta’ konsultazzjoni u approfondiment biex wieħed jagħraf aħjar lil San Franġisk u l-messaġġ tiegħu.

User Growth & Download Statistics

App
By:
Walter Vassallo ofm
Downloads:
108 1
Version:
1.6 Last updated: 2026-07-27
Version code:
10
Creation date:
2025-05-13
Publisher country:
MT MT
Permissions:
  • android.permission.ACCESS_WIFI_STATE Low risk
  • android.permission.INTERNET Low risk
  • android.permission.ACCESS_NETWORK_STATE Safe
  • com.android.vending.CHECK_LICENSE Safe
  • mt.ofm.fontifrangiskani.DYNAMIC_RECEIVER_NOT_EXPORTED_PERMISSION
Size:
18.79MB
Email:
st*****@gmail.com
URLs:
Privacy policy
Full description:
See detailed description
Source:
Google Play Store
Data ingested on:
2026-10-06
Compare stats and ranking:

Contact the developer

Chrome-Stats does not own this Android app. Please use these information below to contact the Android app developer.

Developed by:
Walter Vassallo ofm
Google Play Store
https://play.google.com/store/apps/details?id=mt.ofm.fontifrangiskani
Email:
st*****@gmail.com

User Reviews

fantastic collection, well presented

by Ju*****

What an app! A real blessing indeed. All the important staple information on Franciscan Spirituality in Maltese, at one's fingertips. Thank you so MUCH!

by Du*****
View all user reviews ›

Best mt.ofm.fontifrangiskani Alternatives

Here are some Android apps that are similar to mt.ofm.fontifrangiskani: